Lokali

Mgħejjuna 500 tifel u tifla mill-Fondazjzoni Save a Life

Il-Fondazzjoni Savee a Life, li hi maħluqa mix-Shaodw Minister għall-Ekonomija Claudio Grech, għenet madwar 500 tifel u tifla u ħolqot għalihom diversi inizjattivi biex huma jtejbu l-ħiliet tagħhom u jiksbu opportunitajiet ġodda.

Dattalji dwar il-ħidma tal-Fondazzjoni Save a Life ingħataw waqt il-preżentazzjoni tar-rapport finanzjarju tal-Fondazzjoni lill-Ispeaker tal-Partament Anġlu Farrugia. Il-Fondazzjoni Save A Life twaqqfet mid-deputat Nazzjonalista Claudio Grech u l-mara tiegħu u fiha Claudio Grech qed ipoġġi l-ħlas kollu li hu jirċievi mill-parlament biex il-fondazzjoni tagħmel inizjattivi soċjali, edukattivi u kulturali fl-ewwel distrett.

S’issa l-fondazzjoni diġà wettqet erba’ proġetti li huma għajnuna lill-Ħamrun Spartans FC Nursery, klassi intervattiva u b’esperjenzi diġitali għall-istudenti fl-Iskola piramkra tal-Belt, proġett mużikkali u kulturali mas-Soċjetà Vilhena fil-Floriana u proġett kulturali mal-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt. Bħalissa l-Fondazzjonji Save A Life qed taħdem ukoll fuq żewġ proġetti oħra; akkademja mużikali mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp tal-Ħamrun u attività kulturali mad-Dumnikani tal-Belt.

Waqt il-preżentazzjoni tar-rapport finanzjarju, l-Ispeaker Anġlu Farrugia faħħar l-inizjattiva ta’ Clauddid Grech u qal li sa mill-1921 qatt ma kien hemm deputat li ta l-onorarja kollha li jirċievi għal skop karitattiv fis-soċjetà.

Anġlu Farrugia tkellem dwar l-importanza li kif għamlet il-Fondazzjoni Save A Lifem, il-fondazzjonijiet u l-għaqdiet jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom biex b’hekk ikun hemm trasparenza fl-operat tagħhhom.

It-trasparenza hi importanti għad-demokrazija, sostna Anlu Frarugia li kompla li bata’ mnħabba t-trasparenza. Anġlu Farrugia qal li l-pubbliku għandu japprezza mhux biss il-ġest ta’ Claudio Grech iżda wkoll il-fatt li l-fonadzzjoni mwaqqfa minnu topera b’mod trasparenti u tippubblika r-rapport finanzajru.

Ix-Shadow Minister Claudio Grech tkellem dwar l-iskop tat-twaqqif tal-Fondazzjoni Save A Liof eu qal li sa mit-waqqif tagħha l-fondazzjoni tat l-għajnuna tagħha permzz ta’ inizjattivi soċjali u kulturali lil diversi entitajiet fil-ewwel distrett bl-iskop lit tejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti u toħloq inizjattivvi li fihom jipparteċipaw ir-residenti.