Edukazzjoni Lokali

Naqqsulhom €50 mill-istipendju “għax proċedura”!

Numru kbir ta’ studenti tal-MCAST baqgħu iċċassati meta skoprew li mill-aħħar stipendju li rċevew, sabu li kienu tnaqqsulhom €50.

Is-sistema użata fl-MCAST hi li jitnaqqas ammont minimu kull ġurnata ta’ skola f’każ li student ifalli il-lezzjonijiet, pero’ normalment, jitnaqqsu biss €3 kull ġurnata f’każ li student ifalli. Madanakollu, l-istudenti kollha li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com spjegaw kif dak ix-xahar ma fallewx iktar minn ħames lezzjonijiet fuq ġranet differenti, u dan żgur li ma jwassalx għal tnaqqis ta’ €50. Dan peress li t-tnaqqis jidher bħala “assenteiżmu”.

L-istudenti li fl-aħħar jiem tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li ċemplu lill-awtoritajiet konċernati, li qalulhom li t-tnaqqis kien parti minn proċedura. Meta l-istudenti staqsew x’hini din il-proċedura, baqgħu mingħajr risposta ċara ta’ x’riedu jfissru b’dan.

L-istipendju li ħafna studenti sabu li kien jinvolvi tnaqqis ta’ €50 ikopri x-xahar ta’ Mejju, iżda fuq il-payslip li ngħatat, hemm dati differenti minħabba s-sistema tal-Gvern li tippublikahom.

payslip mcast