Lokali

RITRATT: għadira ilma fuq is-seat tal-linja

Passiġġieri u turisti li dalgħodu rikbu l-karozza tal-linja X2 li tleqet mill-ajruport għall-ħabta tal-10am sabu ma wiċċhom seat okkupat mill-ilma!

Ritratt mibgħut lilna minn persuna li ra b’għajnejh stess din is-sitwazzjoni, spjegalna li prova jirrapporta lix-xufier tal-karozza tal-linja bil-pjanċi 179.

L-istess persuna qalilna ukoll li x-xufier ma tax kasu, filwaqt li irrimarka li l-istess raġel deher “mhux mija fil-mija f’sikktu” biex isuq tal-linja.

Wieħed irid jirrimarka li l-karozza X2 hija waħda mill-iktar li jużaw it-turisti u għalhekk żgur mhux xieraq li turist li jżur Malta isib ma wiċċu għadira ilma fuq is-seat.