Sakemm jistenna fil-kju, dan it-turist kellu jdawwar xugaman ma’ rasu biex jistkenn ftit mill-qilla tax-xemx.
Dan hekk kif il-kjuwijiet quddiem il-kjosk tal-Malta Public Transport ma battew xejn, u kuljum qed ikun hemm kjuwijiet twal ta’ persuni li qed imorru biex isolvu xi problema jew oħra b’rabta mat-trasport pubbliku.
Ma’ MaltaRightNow.com ilmentaw numru ta’ persuni dwar in-nuqqas ta’ kenn mix-xemx li hemm ħdejn il-kjosk tal-Malta Public Transport, iktar u iktar meta kulħadd jaf bil-kjuwijiet twal li qed ikun hemm minn ġurnata għall-oħra.
//= $special ?>

