Lokali Parlament

Tinsulentax lill-poplu u lill-Oppożizzjoni

Il-Ministru Konrad Mizzi jaħrab li jwieġeb mistoqsijiet ċari u diretti lill-Oppożizzjoni

Il-Ministru Konrad Mizzi baqa’ jaħrab li jwieġeb mistoqsijiet sempliċi tal-Oppożizzjoni fil-Parlament dwar in-nefqa akbar tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’salarji kawża ta’ żieda ta’ ħaddiema mal-Korpoazzjoni, u dwar ċifra ta’ kemm inħarġu sejħiet pubbliċi u kemm le fl-impjiegi ġodda li saru fl-istess Korporazzjoni taħt dan il-Gvern.

Fuq insistenza tal-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament, Mario de Marco biex il-Ministru jwieġeb u jkun ċar għal mistoqsijiet sempliċi u diretti, il-Ministru bil-file f’idejh u li minnu qara ħafna informazzjoni oħra relatat iżda mhux dik mitluba mill-Oppożizzjoni, baqa’ ma jagħtix l-informazzjoni mitluba, bil-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni jitlob lill-Ministru biex ma jinsulentax lill-Oppożizzjoni u lill-poplu.

Fi tweġiba li ta bil-miktub il-Ministru għas-Saħħa u Enerġija Konrad Mizzi b’rabta ma’ impjiegi u nefqa f’salarji fil-Korprazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, filwaqt li ta tweġiba ta aktar minn nofs paġna dwar dak li qed tagħmel il-Korporazzjoni, ma wieġeb għall-eba mistoqsija li sartilu bil-miktub mill-Oppożizzjoni.

Ix-Shadow Minister Jason Azzopardi staqsa lill-Ministru Konrad Mizzi jiwieġeb il-mistoqsijet li ħalla barra meta wieġeb mistoqsija parlamentari oħra li kien ressaq u li l-Ministru għażel li jinjora.

Jason Azzopardi reġa’ staqsa kemm kienet iż-żieda fil-pagi u salarji frott taż-żidiet ta’ impjegati fil-Korporazzjoni; u kemm minn dawn l-impjiegi ġodda saru wara sejħa pubblika u kemm le.

Meta għal darb’oħra l-istess Ministru Mizzi reġa’ ppreżenta r-risposta bil-mitkub u qara t-tweġiba fil-Kamra, Mario de Marco ġibed l-attenzjoni tal-Kamra u tal-Ministru Mizzi biex ma jinsulentax lill-Oppożizzjoni u lill-Kamra meta għal darb’oħra jevita u jinjora li jwieġeb mistoqsijiet sempliċi, ċari u diretti tal-Oppożizzjoni.

Talab ukoll lill-Ministru Mizzi li jekk ma jirrispettax lill-Oppożizzjoni jirrispetta lill-poplu u jagħti l-informazzjoni mitluba.
Wara li l-Ministru reġa’ għamel elenku sħiħ tax-xogħol u l-ħidma li qed twettaq il-Korporazzjoni, baqa’ ma jagħtix l-informazzjoni mitluba. Mitlub mill-ġdid biex jara l-mistoqsijiet sempliċi, u jagħti ċ-ċifri mitluba, il-Ministru Konrad Mizzi rrifera lill-Oppożizzjoni għall-estimi tal-Korporazzjoni fejn qal li hemm l-informazzjoni kollha li qed tintalab.

Mario de Marco rrimarka u talab lill-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba kemm-il darba qegħdin elenkati fir-raport tal-estimi, u mhux jaħrab milli jwieġeb u jkun ċar.

Quddiem din l-insistenza, filwaqt li baqa’ jiftaħar kemm il-Korporazzjoni miexja tajjeb, qal li taħt l-amministrazzjoni preċedenti n-nefqa fis-salarji kienet ta’ €1.8 miljun u llum l-ispiża hi ta’ €2.2 miljun. Ma tax iżda ċifra ta’ kemm impjiegi saru b’sejħa pubblika u kemm le.