Militanti affiljati mal-ISIS attakkaw vapur tal-qawwiet tal-baħar Eġizzjani li kien ankrat ‘il hinn mill-kosta tal-penisola tas-Sinai, fil-Mediterran.
L-istess militanti qalu li rnexxielhom jeqirdu dan il-vapur b’missila, b’kelliema għall-militar Eġizzjan isostnu li l-vapur kien ħa n-nar fost l-isparaturi ‘mat-terroristi li kienu fuq l-art’.
Mifhum li l-ekwipaġġ tal-vapur ma sofrewx il-vittmi, bl-uffiċjali militari Eġizzjani ma jiżvelawx il-ħsarat li ġarrab il-vapur.
Madankollu, uffiċjali tas-sigurtà qalu li numru mhux speċifikat tal-membri tal-ekwipaġġ sofrew il-ġrieħi waqt in-nirien, b’uħud ikunu kostretti li jaqbżu mill-vapur għal ġol-baħar biex ma jinħakmux mill-fjammi.
Mill-banda l-oħra, il-fergħa tal-militanti affiljata mal-ISIS u li jisimha ‘Provinċja tas-Sinai tal-ISIS’ insistiet ‘li kienet qerdet il-vapur’. Hi sostniet dan permezz ta’ stqarrija fuq Twitter, anki jekk l-awtentiċità tal-istqarrija ma kenitx ikkonfermata mal-ewwel.
Vapur tal-militar Eġizzjani fil-mira tal-ISIS
