Internazzjonali

Arresti b’konnessjoni man-nirien barra Ateni

Il-Pulizija fil-Greċja arrestat żewġ irġiel talli qabbdu bi żball in-nirien li ma damux ma nfirxu qalb l-għoljiet qrib il-belt kapitali ta’ Ateni.

In-nirien qabdu nhar il-Ġimgħa viċin il-Muntanja ta’ Hymettus, fil-limiti ta’ Ateni, bir-riżultat li bewwġu d-dħaħen kbar madwar il-kapitali.

Intant, l-awtoritajiet tad-Dipartiment għat-Tifi tan-Nirien qalu li ż-żewġ suspettati – raġel Grieg u ieħor Bulgaru – għandhom jitressqu quddiem prosekutur. L-istampa Griega rrappurtat li ż-żewġ irġiel, li huma involuti fit-trobbija tan-naħal, tressqulhom akkużi li kkaġunaw dawn in-nirien kontra l-volontà tagħhom.

Rapport partikolari qal li n-nar ewlieni tqabbad ‘mit-tabakk’, għalkemm mhux ċar jekk l-irġiel inkwistjoni kenux qed ipejjpu dak il-ħin.

In-nirien fiz-zona ta’ Ateni tant infirxu li servew ta’ theddida għad-djar fi tlett distretti differenti u sakemm laħqu kkontrollawhom l-iskwadri għall-emerġenzi.