Talanqas mija u għoxrin persuna tilfu ħajjithom fi splużjoni ta’ karozza-bomba li seħħet f’ċentru ta’ suq, ġo belt tax-Xiti fl-Iraq. Fl-attakk indarbu wkoll l-għexieren tan-nies, bil-grupp ISIS, li jikkontrolla zoni sħaħ tal-Iraq, jassumi r-responsabbiltà għall-istraġi.
L-attakk laqat il-qalba ta’ Khan Bani Saad, li jinsab lejn it-Tramuntana tal-kapitali Bagdad, bl-aħħar rapporti jikkonfermaw li hemm numru ta’ tfal fost il-maqtula. It-terroriżmu seħħ proprju waqt li n-nies kienu qed jiċċelebraw tmiem ix-xahar qaddis Musulman tar-Ramadan.
Stqarrija li ħareġ l-ISIS sostniet li wieħed mill-ġiħadisti saq vettura bi tlett tunnellati ta’ splussivi għal ġo folla nies, b’riżultati devastanti. L-ISIS, bħalissa, qed jiġġieldu kontra l-qawwiet tal-Gvern Iraqi fl-inħawi tat-Tramuntana u l-Punent tal-pajjiż.
//= $special ?>