L-iskop li l-festi tal-Indipendenza għal din is-sena se jkunu qed jiċċaqilqu l-Belt Valletta hu sabiex il-Partit Nazzjonalista jiċċelebra dan l-proġett tal-belt, imwelled u mgħoti mill-Partit Nazzjonalista għall-pajjiż.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake qalet dan waqt il-progamm il-Fatti Kollha dalgħodu fuq Radio 101.
Rosette Thake qalet li f’għeluq il-135 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit xtaq jagħmel xi ħaġa speċjali, u għal dan il-għan, il-festi tal-Indipendenza se jkunu qed isiru fid-daħla tal-Belt sabiex jiġi ċċelebrat dan il-proġett.
Fil-festi tal-Indipendenza, saħqet Rosette Thake, se jkun iċċelebrat mhux biss is-sbuħija tal-proġett li twettaq minn Gvern Nazzjonalista, iżda wkoll l-ispazju li joffri l-proġett bħala simbolu tal-metnalita’ u l-ħsieb miftuħ. Se jkun ċelebrat ukoll il-Parlament ġdid, simbolu tad-demokrazija f’post ċentrali fil-Belt Kapitali ta’ pajjiżna.
Waqt l-intervista, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tkellmet ukoll dwar l-impenn tal-Partit lejn il-kultura, li m’hijiex biss l-arti.
//= $special ?>

