L-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament b’lista ta’ miżuri u policies li qed taħdem fuqha fil-ġlieda kontra x-xogħol prekarju.
Din it-talba saret permezz ta’ mistoqsija ta’ David Casa, Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qal li qed issir pressjoni fuq il-Kummissjoni Erwopea biex taġixxi b’mnod immedjat fuq ix-xogħol prekajru.
Il-Kummissjoni qed tiġi miltuba wkoll biex tidentifika s-setturi u l-kategoriji ta’ ħaddiema li huma effettwati bil-kbir minn dan il-frodi fid-dawl tax-xemx. Kuntrarjament għas-Soċjalisti, il-PPE irid ċarezza bejn it-tipi differenti ta’ kuntratti bħal dawk temporanji, part-time, xogħol staġjonali, kuntratti sekondarji u xogħol prekarju.
David Casa qal li għall-PPE, ix-xogħol staġjonali bħal dak tal-istudenti fis-sajf mhux xogħol prekarju Il-problema tax-xogħol prekarju qed tikber ħafna f’Malta u għalhekk il-gvern Laburista jrid jieħu azzjoni, sostna David Casa, li kompla li se jkompli jippressa lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi dettalji ġenerali dwar is-sitwazzjoni u x-xejriet tal-forom tax-xogħol prekarju li jistgħu jirriżultaw minn kuntratti tax-xogħol.
Aktar importanti minn hekk, sostna David Casa, jeħtieġ informazzjoni mingħand il-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-direttivi tax-xogħol fl-UE dwar id-direttiva tax-xogħol part-time, il-kuntratti b’dati fissi u xogħol temporanju fl-UE.
//= $special ?>