L-eks sewwieq Franċiż tal-Formula 1 Jules Bianchi miet fl-eta’ ta’ 25 sena, disa’ xhur wara li kien involut f’inċident serju fil-Grand Prix tal-Ġappun.
Bianchi, li kien qed isuq mal-Marussia, tilef il-kontroll tal-vettura f’ċirkwit imxarrab bix-xita. Mal-impatt hu sofra ġrieħi serji f’rasu u baqa’ f’koma sa minn dakinhar.
Fi stqarrija l-familja tiegħu qalet li Bianchi baqa’ jiġġieled għal ħajtu sal-aħħar. Il-Marussia, illum magħrufa bħala Manor, qalu li huma devastati.
Bianchi hu l-ewwel sewwieq tal-Formula 1 li tilef ħajtu wara inċident f’ċirkwit tal-Grand Prix sa mill-mewt ta’ Ayrton Senna, li tilef ħajtu l-1994 fiċ-ċirkwit ta’ Imola, fl-Italja.
//= $special ?>