Lokali

Filmat: Taqbiżlu fit-traffiku – evitata traġedja wara uturn f’main road

Sewwieq ta’ vettura li ddejjaq jistenna fi kju ta’ karozzi fil-main road ta’ Burmarrad iddeċieda li jaqbad u jaqsam għan-naħa l-oħra tat-triq billi għamel Uturn.

Warajh kienu ġejjin żewġ muturi li fortunatament laħqu ndunaw minn qabel b’dak li kien qed jiġri u waqfu fil-ħin. B’hekk ġie evitat inċident ieħor għal sewwieq ta’ mutur, li seta’ kien fatali, minħabba n-nuqqas ta’ rispett għar-regoli tat-traffiku.