Lokali

Filmat u ritratti: Jittella’ pakkett droga mill-baħar

Il-Pulizija ssekwestrat pakkett droga li ttella’ mill-baħar. Kien għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu meta l-Pulizija rċeviet telefonata anonima li kien hemm pakkett blu suspettuż fuq il-blat fl-inħawi taż-Żonqor.

Il-Pulizija minnufih marret fuq il-post fejn sabet il-pakkett li kien fih droga aktarx reżina tal-kannabis. Il-kontejner blu bid-droga b’kollox ittieħdu mill-Pulizija għal iktar investigazzjoni. Fuq il-post wara s-sejba marru anke uffiċjali forensiċi.

Dwar dan il-każ qed issir inkjesta Maġisterjali bl-assistenza ta’ numru ta’ esperti filwaqt li l-Pulizija għada qed tinvestiga.

Mhux eskluż li din is-sejba ta’ droga mill-baħar hi marbuta ma’ sejba oħra li saret ftit jiem ilu ta’ pakkett droga fil-baħar f’Għawdex. Filfatt, ftit jiem ilu, grupp t’għaddasa nfurmaw lill-Pulizija li meta kienu fil-baħar, sabu pakkett suspettuż li aktar tard irriżulta li kien mimli bir-reżina tal-kannabis.

drogi sejba drogi sejba drogi sejba

sejba drogi

drogi sejbasejba drogi bahar

sejba drogi baharSejba drogi

Capture

photo