Lokali

Filmat u ritratti: Nirien f’Ħal Qormi; evakwati n-nies minn Pavi supermarket

Aġġornata b’filmat

Klijenti u staff tal-Pavi fl-ebda ħin ma kienu fil-periklu

Nirien qrib fabbrika viċin Pavi Supermarket f’Ħal Qormi wassal biex il-Pavi kellu jiġi evakwat. Kollox jindika li xi żibel barra l-fabbrika Nylon Knitting ħa n-nar. Mhux magħruf jekk dan ħax in-nar intenzjonalment jew minħabba t-temperatura għolja li ħakmet il-gżejjer Maltin.

MaltaRightNow.com hu nfurmat li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Intant, fi stqarrija, il-Pavi qal li l-klijenti u l-istaff ġew evakwati bħala prekawzzjoni u li fl-ebda waqt dawn ma kienu f’periklu. L-istqarrija kompliet tgħid li fl-istabbiliment ma kien hemm l-ebda nar u li l-fire alarm daqq minħabba l-ammont ta’ duħħan mill-fabbrika fil-viċin.

Filwaqt li s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal, il-Pavi talab skuża għal kull inkonvenjent.

nar fabbrika

nar

nar pavi