Membri tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw nar li ħakem żona f’San Ġwann t’Għuxa, fil-limiti ta’ Bormla.
Jirriżulta li n-nar beda minn xi ħaxix salvaġġ li hemm fiż-żona, imma bis-sħana kompla jinfirex u ħakem ukoll żibel mormi fl-inħawi. Dan wassal għal daħna kbira li dehret mill-inħawi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:30. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ u ma ġewx rappurtati ħsarat kbar.
//= $special ?>

