In-Nazzjon b’rapport dwar dak 600 familja li qed jibqgħu jistennew flushom mill-Gvern, waqt li dawk viċin Muscat qed isiru sinjuri mil-lum għal għada għax bi €18-il miljun tal-iskandli ta’ Gaffarena, Cafe’ Premier u l-Australia Hall, Muscat kien iħallas ħafna mill-flus dovuti tal-Home Ownership Scheme.
Times of Malta b’rapport dwar il-laqgħa li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kellu mal-Mibgħut Speċjali ta’ Malta għaċ-Ċina u l-Konslu Ġenerali f’Shanghai Sai Mizzi, laqgħa li ġiet deskritta bħala waħda li fiha kien konfermat in-nepotiżmu ta’ Joseph Muscat.
L-Orizzont b’rapport dwar l-aġenzija tal-kreditu internazzjonali Standards and Poor u l-Enemalta.
The Malta Independent b’rapport dwar il-bżonn ta’ riforma fid-‘Dublin System’ u dwar il-proċess tal-bailout għall-Greċja, li qed jagħmel passi ‘l quddiem.
//= $special ?>
