Koppja weġġgħet gravi wara li nqelbu b’quadbike. L-inċident seħħ fi Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan għall-ħabta tal-5 ta’ filgħodu.
Il-Pulizija qalu li raġel ta’ 23 sena kien qed isuq bid-direzzjoni lejn il-bajja ta’ San Ġorġ meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u b’konsegwenza nqaleb bil-quadbike li kien qed isuq. Mar-raġel kien hemm passiġġiera, żagħżugħha ta’ 21 sena mill-Isvizzera, li wkoll weġġgħet.
Iż-żewġ persuni, kemm ix-xufier kif ukoll il-passiġġiera, ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

