Sewwieq ta’ mutur sofra xi ġrieħi wara inċident li seħħ ilbieraħ fil-main road f’Tal-Balal, San Ġwann.
Jirriżulta li s-sewwieq tal-mutur kien sejjer fid-direzzjoni ta’ San ġwann, meta sewwieq li kien sejjer fid-direzzjoni opposta ddeċieda li kien ilu żżejjed fit-traffiku. Kien għalhekk li qasam il-main road u għamel U turn bil-konsegwenza li s-sewwieq tal-mutur ma laħaqx evitah.
Mhix magħrufa l-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur, li ġie mgħejun fuq il-post minn numru ta’ persuni li nzertaw għaddejjin mill-inħawi.
//= $special ?>

