Lokali

Ritratti: Karozza taqbad waqt li kienet qed tinstaq f’Ħal-Luqa

Mara ta’ 33 sena ħelsitha ħafif wara li l-vettura li kienet qed issuq, tat-tip Peugeot, ħadet in-nar u ġarrbet ħsarat estensivi fil-parti ta’ quddiem tagħha kif ukoll fuq ġewwa.

Jirriulta li l-każ seħħ għall-ħabta tal-10.30 fi Triq il-Ġdida, f’Ħal-Luqa, meta xi nies li kienu għaddejjin mit-triq ġibdu l-attenzjoni tal-mara li mill-vettura tagħha beda ħiereġ id-duħħan. Kien hawn li l-mara tefgħet fil-ġenb u ħarġet mill-vettura qabel din inqerdet min-nar.

Fil-post waslu uffiċjali tat-tifi tan-nar, li kkontrollaw in-nar. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

11694883_10206244236321295_5841957920461852785_n