L-internazzjonali Malti Connor Borg illum ħalla Malta biex jissieħeb ma’ Roma fl-Italja wara li f’Marzu kien intlaħaq qbil mal-klabb ta’ Floriana għat-trasferiment tiegħu.
Il-plejer mistenni jmur għal training camp ma’ Roma fil-Kanada u wara trid tittieħed deċiżjoni mil-klabb tas-Serie A jekk Borg ikunx misluf lil klabb ieħor, inkluż lil Floriana jew inkella jinżamm fis-settur taż-żgħażagħ ta’ Roma.
Borg hu prodott ieħor ta’ Floriana li se jmur jilgħab barra wara Myles Beerman.
Intant wasal malta l-attakkant Niġerjan Terungwa Saviour Fidelis li għandu 27 sena u se jkun għal prova ma’ Mosta FC. Fidelis kien qed jilgħab ma’ Taraba FC fejn skurja 13-il gowl fi 19-il logħba.
//= $special ?>

