Lokali

Filmat: Jaslu lura Malta mil-Lifecycle Challenge

Dalgħodu għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu, waslu Malta l-grupp ta’ ċiklisti tal-Lifecycle li din is-sena għamlu l-isfida tagħhom fl-Iżlanda. L-isfida din is-sena saret fuq distanza ta’ aktar minn 2,000 kilometru.

Il-flus li se jinġabru grazzi għall-isfida tal-Lifecycle se jmorru għar-riċerka, il-kura u l-prevenzjoni tal-mard tal-kliewi.

B’kollox din is-sena pparteċipaw 12-il ċiklist uħud minnhom li kienu ilhom jieħdu sehem fl-isfida u oħrajn li għalihom kienet l-ewwel esperjenza tagħhom.