Ambjent Lokali

Filmat: Protesta kontra bini f’nofs it-triq fil-Mosta

Aġġornata b’filmat

Residenti taż-żona ta’ Santa Margerita fil-Mosta ħarġu fit-toroq jipprotesaw kontra applikazzjoni privata għal blokk bini ta’ erba’ sulari li se joħnoq spazju pubbliku u mitfuħ fiċ-ċentru tal-komunità.

Numru kbir ta’ residenti nġbaru propju f’din il-parti li fuqha qe dissir ril-proposta fejn wasslu l-pożizzjoni tagħhom kontra dan l-iżvilupp u sostnew li din l-art għandha tibqa miftuħa.

Għal din il-protesta attendw is-sindku tal-Mosta Edwin Vassallo u diversi kunislliera Mosstin flimkien ma’ Astrid Vella f’isem Flimkien għal Ambjent Aħjar.

Ir-residenti jkkunsidraw din il-fetħa u pjazza bħala l-pulmun taż-żona u fiha jsiru l-attivitajiet kollha tal-komnunità. Jekk il-MEPA tapprova l-applikazzjoni privata għall-bini, dan l-istess bini se joħnoq għal kollox din iż-żona u joħloq problemi kabr għat-traffiku. Oriġinarjmanet fuq din l-art fl-2006 kellu jinbena ċentu komunitarju mill-knisja iżda dan qatt ma sar għaliex il-post mhux adattat.

Tul is-snin iż-żona kienet aslaftata mill-gvern sakemm ftit ilu sar magħruf li din l-art isa se tingħata għall-bini mill-privat. Ir-residenti sostnew li l-kumpanija privata li trid tiżvviluppa din iż-żona f’nofs it-triq qed tapplika għal ċentru komunitarju iżda r-residenti jsostnu li fil-verità dan se jkun ċentru kummerċjali. Ir-residenti jsostnu li fiż-żona m’hemmx bżonn ta’ ċentru kummerċjali għaliex numru ta’ uffiċini li kienu nbnew snin lu baqgħu vojta.

Asrtrid Vella sostniet li l-iżvilupp mhux meħtieġ u qalet li ta’ kuljum qed joħħrġu iktar każi li jimminaw l-ambjent. Hi sostniet li għandu jkun spjegat ukoll kif art li kineet tal-gvern spiċċat għand il-privat biex tkun żviluppata.

Mosta Zvilupp Centru Kummercjali-1719Mosta Zvilupp Centru Kummercjali-1732Mosta Zvilupp Centru Kummercjali-1729