Lokali

Filmat u ritratti: Jipprotestaw għal drittijiethom

Aġġornata b’filmat

Protesta min-numru ta’ immigranti mill-komunita Afrikana f’Malta fit-toroq tal-Belt, protetsa li fiha l-immigranti semmgħu leħinhom kontra dak li sejħu inġustizzji fil-konfront tagħhom u kontra r-razzizmu.

Tul id-dimostrazjzoni li mxiet Tul Triq ir-Repubblika sa’ quddiem Dar l-Ewropa u lura sal-Parlamnet, id-dimostranti ġarrew kartelluni b’messaġġi favur id-drittijiet tal-bniedem, favur l-integrazzjoni u kontra d-dewmien fil-prċoessi biex l-applikazzjonijiet tagħhom għad-drittijiet tagħhom ikunu trattati.

L-immigranti sostnew li mhux ġust li uħud minnhom ilhom hawn snin twal, anki 20 sena, iżda għad m’għandhomx aċċess sħiħ għas-servizzi edukattivi, ts-saħħa u -servizzi soċjali. Bid-dokumenti ta’ identifikazzjoni f’idejhom, l-immigranti insistew li huma qed ibatu.

Uħud mill-imgranit esprimew gratudni għall-mod kif trattahom il-poplu Malti u kellhom kliem ta’ ringrazzjament għall-poplu Malti li salvalhom ħajjithom u laqagħhom.

L-immigranti pprotestaw kontra l-isfruttament li wħud minnhom isofru meta ma jkollhom id-drittijiet tagħhom mhux salvagwardjati fuq il-postijiet tax-xogħol.

Ritratti: Martin Agius

Protesta Ghaqdiet Immigranti-1824

Protesta Ghaqdiet Immigranti-1767

Protesta Ghaqdiet Immigranti-1883