CONCACAF GOLD CUP:Clint Dempsey skorja hat-trick għall-Istati Uniti, wieħed minnhom minn penalty, fir-rebħa kbira 6-0 li kisbu kontra Kuba fil-kwarti tal-finali tal-CONCACAF Gold Cup.
L-istilla ta’ Seattle Sounders issa skorja 47 gowl internazzjonali.
Dempsey, li fetaħ l-iskor qabel żied tnejn oħra fit-tieni taqsima, issa jinsab 10 gowls bogħod mill-aqwa skorer ta’ kull żmien għall-Istati Uniti, Landon Donovan.
It-tim immexxi minn Jurgen Klinsmann kien fi klassi għalih b’Gyasi Zardes, Aron Johansson u Omar Gonzalez ukoll isibu x-xibka.
Dempsey hu wkoll l-aqwa skorer fil-Gold Cup din is-sena b’sitt gowls hekk kif l-Istati Uniti għamlu pass ieħor lejn it-titlu qabel jiltaqgħu fis-semifinali kontra l-Ġamajka.
Għal Kuba kien tmiem ta’ turnament li fih iffaċċjaw bosta problemi, l-akbar fosthom dawk bil-visa biex jidħlu fl-Istati Uniti.
“Dawk li verament ħadna gost bih fl-aħħar ġimgħat kienet l-enerġija li wera Dempsey li reġa’ ġie biex jgħinna u kien kontinwament fil-partita. L-ewwel nett bil-ġuħ li għandu għall-gowls u dan jgħinna. Fadalluu żewġ ikliet oħra,” qal Klinsmann.
//= $special ?>

