Il-Mument b’rapport investigattiv intitolat ‘Minn Kastilja jħejju spjunaġġ fuq individwi u kumpaniji’ u dwar direzzjoni minn Kastilja lis-Servizz tas-Sigurta’ Malti biex jinvesti f’sistema teknoloġika avvanzata għall-hacking u l-ispjunaġġ. Storja oħra dwar tfal li ħarbu mill-kustodja tal-carers.
The Sunday Times of Malta b’rapport ġdid dwar l-iskandlu Gaffarena hekk kif dan tal-aħħar pprova jixtri t-tieni palazz fil-Belt Valletta.
The Malta Independent b’rapport dwar familja rrabjata wara li s-Segretarju Parlamentari Ian Borg xtara bil-loqom art mingħand missierhom, marid mentalment.
KullĦadd tirrapporta li se jkun qed isir investiment ta’ €8 miljun għar-riċerka fl-Universita’ ta’ Malta. It-Torċa b’rapport dwar kummenti ta’ Kelliema tal-Oppożizzjoni li ġew ippubblikati f’dan il-ġurnal. Il-ġurnal Illum b’rapport dwar ilment li sar mill-Kunsill Lokali tan-Nadur dwar sfreġju ambjentali f’Wied Riħan f’Għawdex.
//= $special ?>
