Ir-Renju Unit hija kommessa li taħdem mal-Istati Uniti biex teqred il-kalifat mibni mill-ISIS fl-Iraq u s-Sirja.
Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qal dan f’kummenti li ta’ lill-istazzjon televiżiv Amerikan NBC. Hu qal li ried li r-Renju Unit jagħmel iżjed, iżda qabelxejn irid jikkonvinċi lill-Parlament biex dan isir.
Sadanittant, il-Prim Ministru Ingliż mistenni jagħmel diskors għada li fih se jwissi liż-żgħażagħ Ingliżi li huma mħajra li jingħaqdu mal-ISIS.
//= $special ?>