Lokali

“Issib oġġezzjoni jekk nibgħatulek iswed id-dar?”

“Issib oġġezzjoni jekk jiġu nies ta’ kulur skur isewwu għandek?”

Kienet din il-mistoqsija li wasslet biex il-preżentatur Peppi Azzopardi kiteb fuq Facebook dwar id-diżżappunt għal fatt li kumpanija partikolari f’pajjiżna staqsiet jekk isibx problema li tintbgħat persuna ta’ kulur skur biex tagħmel xi tiswijiet fid-dar.

Fuq Facebook, il-personalità u preżentatur Peppi Azzopardi kiteb konversazzjoni li kellu ma’ impjegata ta’ kumpanija li tagħmel servizzi ta’ tiswija fid-djar.

Peppi Azzopardi kiteb li fuq it-telefon, saret mistoqsija jekk isibx oġġezzjoni jekk imorru jagħmlu t-tiswijiet nies ta’ kulur skur. Dan għaliex “ħafna ma jaċċettawx li jintbgħatu is-suwed fid-djar”.

Illum saret protesta paċifika fil-Belt Valletta minn grupp ta’ immigranti li qed jappellaw biex id-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati fil-konfront tal-immigranti rregolari.