L-ISIS ħabbar li kien ħataf tliet Insara fil-Lvant tal-Libja u wera r-ritratti tal-passaporti tagħhom bħala prova.
It-tlieta huma rġiel mill-Eġittu, in-Niġerja u l-Ghana u nħatfu f’Noufliyah, zona fil-Libja fejn l-ISIS huma b’saħħithom.
In-Niġerjan kien identifikat bħala Ibrahim Adeola filwaqt li l-Eġizzjan kien identifikat bħala Bekhit Ebeid u dak mill-Ghana bħala Kofi Sekyere.
Bħalissa l-ISIS jinsabu fil-mira kemm tal-Gvern bażat f’Tobruk kif ukoll dak fi Tripli
Jinħatfu tliet Insara mill-ISIS fil-Libja
