Internazzjonali

L-AFRIKA T’ISFEL: Filmat ta’ attakk minn kelb il-baħar dirett fuq it-televiżjoni

Filmat li juri l-mumenti drammatiċi hekk kif ċ-champion tas-surfing, Mick Fanning, kien attakkat waqt kompetitżjoni f’Jeffrey’s Bay fl-Afrika t’Isfel.
L-attakk inqabad ‘live’ mill-cameras tat-televiżjoni hekk kif kien qed jistenna biex tibda l-J-Bay Open u li tħassret wara l-inċident u wara rriżulta li kien hemm żewġ klieb il-baħar.
Fanning, li hu Awstraljan, ma ndarabx fl-attakk għalkemm kien ftit taħt xokk wara dak li ġara.