Ambjent Kummerċ Lokali

L-Akwarju Nazzjonali mal-aqwa 25 fl-Ewropa

L-Akwarju Nazzjonali fil-Qawra ġie klassifikat mis-sit internazzjonali TripAdvisor.com fis-16-il post fost l-aqwa 25 akwarji madwar l-Ewropa.

L-Akwarju Nazzjonali kien inbena fi żmien Gvern Nazzjonalista anke permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.

Fil-lista tal-aqwa 25 akwarju fl-Ewropa, hemm akwarji mill-Italja, l-Ġermanja, Franza u l-Portugal. L-akwarju f’Malta jaqbeż akwarji oħra fl-Irlanda, fi Spanja, fir-Renju Unit u Franza.

Il-proġett tal-Akwarju Nazzjonali kien sar bil-għan li jitjieb il-prodott turistiku u kien f’idejn l-Awtorita’ tat-Turiżmu. Madanakollu, s’issa, l-Awtorita’ tat-Turiżmu ma qalet xejn dwar x’proġetti applikat għalihom biex tagħmel użu mill-biljun ewro f’fondi li kien ġab il-Gvern Nazzjonalista ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013.