L-attur ta’ 64 sena John Suda ngħata ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati hekk kif qed jiġi akkużat li offenda l-pudur ta’ żagħżugħha ta’ 22 sena minn San Ġiljan.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat kien iltaqa’ mal-persuna fuq Facebook wara li kienet intgħażlet bħala waħda mill-atturi potenzjali għal serje televiżiv miktub minn Suda stess.
Il-prosekuzzjoni qalet li sessjoni ta’ taħriġ saret fil-Fgura li matulha, l-attur sakkar il-bieb u żamm iċ-ċavetta fuqu. Imbgħad, skont il-prosekuzzjoni, hu għammad lill-mara u qalilha biex tinża bil-ħwejjeġ ta’ taħt. Eventwalment, iż-żewġ persuni spiċċaw għarwenin. Il-prosekuzzjoni qalet li kien f’dak il-ħin fejn ir-raġel talab liż-żagħżugħha tpoġġi idha fuq il-parti ġenitali tiegħu u tgħidlu x’kienet qed tħoss.
Min-naħa tagħha, d-difiża tal-attur saħqet li l-attur kien qed iħejji liż-żagħżugħha għal parti li fiha kellha tisseduċi l-irġiel. Id-difiża żiedet tgħid li John Suda kemm-il darba qal lit-tfajla biex tieqaf jekk kienet qed tħossha skomda. Filfatt, hu waqaf mill-ewwel meta ra lit-tfajla tibki.
Fid-difiża ntqal li John Suda ċaħad li poġġa id it-tfajla fuq il-parti ġenitali tiegħu, iżda hi aċċettat meta hu qalilha biex tagħmel dan.
John Suda ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €3,000.
//= $special ?>

