Nature Trust Malta qalet li żewġt ifkieren: Anne u Robert, reġgħu tpoġġew lura fil-baħar wara numru ta’ xhur ta’ rijabilitazzjoni fit-Torri ta’ San Luċjan f’Marsaxlokk.
Il-fkieren kienu qed jingħataw medikazzjoni peress li kellhom numru ta’ ġrieħi kkawżati minn apparat tas-sajd.
Fi stqarrija, Nature Trust Malta qalet li tirringrazzja lill-pubbliku li ħa l-inizjattiva li jieħu dawn il-fkieren għall-kura, kif ukoll lill-voluntiera, lill-Veterinarju Anthony Gruppetta, lill-St. Simon’s Clinic, lill-Malta Aquaculture Research Centre u lill-MEPA tal-għajnuna tagħhom fir-rijabilitazzjoni tal-fkieren.
//= $special ?>

