Il-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli se torganizza l-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella ddedikata lil din il-qaddisa fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli. Il-festa se tiġi ċċelebrata nhar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju.
Fis-7.30 p.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq iz-zuntier tal-kappella mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P. Wara l-quddiesa tinħaraq ħuġġieġa tradizzjonali u ssegwi attivita` soċjali waqt li wieħed ikun jista’ jgawdi nżul ix-xemx u s-sbuħija ta’ dawn l-inħawi pittoreski. Il-kappella li għadha kemm ġiet restawrata se tkun miftuħa għall-pubbliku.
//= $special ?>