“Dan serq fil-wiċċ” – hekk iddeskriviet is-servizz tat-trasport pubbliku ma’ MaltaRightNow.com passiġġiera li skopriet li qed tħallas kull darba d-doppju.
Dan għaliex dan l-aħħar ħafna nies qed jiskopru li mhuwiex minnu li l-biljett tista’ ddur kemm trid u fejn trid bih għal sagħtejn sħaħ.
Dan għaliex, biljett ta’ sagħtejn huwa validu għal vjaġġ wieħed biss. Jiġifieri jekk se tmur mill-Imsida sal-Belt u mill-Belt sal-Imsida fl-istess sagħtejn, allura jkollok tħallas darbtejn.
Il-persuna li tkellmet ma’ MaltaRightNow.com (filmat fuq) saħqet li dan hu serq fil-wiċċ.
“Qabel konna moqdijin sew għax b’€1.50 kont tkun tista’ ddur Malta kollha. Issa żgur ma jaqbillekx tuża tal-linja,” saħqet din il-persuna filwaqt li temmet tgħid li mhux se tuża tal-linja iktar.
//= $special ?>

