Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-FIFA Sepp Blatter kien iffaċċjat mill-komiku Britanniku Simon Brockin li resaq ħdejh fuq il-palk u waqt li kien se jiġi eskortat il-barra, waddablu ammont ta’ karti ta’ dollari.
Blatter li deher beżgħan u maħsud indirizza lil dawk preżenti fejn għarrafhom li l-konferenza kienet se tibda ftit tard sakemm jitnaddaf il-palk minn dak li mgħandux x’jaqsam mal-futbol.
Aktar tard waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, tħabbar li l-FIFA se tkun qed tlaqqa’ l-Kungress Straordinarju tagħha biex teleġġi l-President il-ġdid fis-26 ta’ Frar tal-2016.
Sepp Blatter kien konfermat president għall-ħames terminu tiegħu fid-29 ta’ Mejju imma erbat’ijiem wara ħabbar il-ħsieb li jwarrab mil-kariga minħabba żewġ investigazzjonijiet dwar korruzzjoni fit-tmexxija tal-FIFA. Il-Kandidati għal din il-kariga jridu jkunu nominati fis-26 ta’ Ottubru.
//= $special ?>

