Lokali

Filmat: Twissija dwar nisa jisirqu waqt it-tiġijiet

Koppji li żżewġu riċentament sabu li waqt it-tieġ tagħhom spiċċaw b’dekorazzjonijiet misruqa … u jidher li dan hu biss wieħed minn sensiela ta’ każi simili mifruxa fuq perjodu ta’ żmien.

Filmat li ttella’ fuq Facebook juri żewġ nisa, li ma kinux mistiedna għal tieġ ta’ koppja partikolari, jidħlu fis-sala tat-tieġ minn fejn serqu xi dekorazzjonijiet li kienu jżejnu s-sala. Kif jidher fil-filmat, kull waħda kellha basket sportiv fejn bdew jaħtfu u jaħbu l-affarijiet misruqa.

Skont id-deskrizzjoni mogħtija minn tfajla li żżewġet riċentament, waħda mit-tfajliet għandha madwar 25 sena filwaqt li l-oħra, bjonda, għandha iktar minn ħamsin sena.

Fost l-oġġetti misruqa hemm lanterni u dekorazzjonijiet mill-mejda fejn jitpoġġa l-ktieb li jiffirmaw il-msitednin.