Lokali

“F’mumenti bħal dawn tagħraf min huma l-ħbieb veri” – John Suda

“F’mument bħal dawn tagħraf min huma l-ħbieb veri”. L-attur John Suda kiteb dan fuq Facebook wara l-aħbar li l-attur ta’ 64 sena tressaq il-Qorti akkużat li offenda l-pudur ta’ tfajla ta’ 22 sena. Fil-Qorti lbieraħ John Suda wieġeb mhux ħati għal din l-akkuża.

Fuq Facebook, l-attur veteran Malti qal li minħabba l-mod sensazzjonali kif il-media rrappurtat u trattat l-inċident, bi swied il-qalb kien qed iħabbar li mhux se jipparteċipa fil-produzzjoni ‘Faith, Hope and Charity’. Suda saħaq li din id-deċiżjoni ħadha biex ma jippreġudikax il-produzzjoni nnifisha kif ukoll lid-Direttur, lill-kast u lil kull min hu nvolut fil-produzzjoni.

“Ħassejt li kelli navża lill-Producers li ma nistax nieħu sehem u ninterpreta l-parti li għaliha, saħansitra neħħejt id-daqna” kiteb John Suda fuq Facebook, filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod urew solidarjeta’ miegħu. Temm jgħid li “huma f’mumenti bħal dawn li tagħraf min huma l-veri ħbieb.”

Ritratt: John Suda waqt waħda mir-rehearsals tal-produzzjoni ‘Faith, Hope and Charity’