Ilbierah filgħaxija, kien organizzat il-barbeque annwali tal-Partit Nazzjonalista – attivita’ suċċess li għaliha attendew aktar minn elf persuna fi Splash and Fun f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Għal dan il-barbeque attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil flimkien ma’ Kristina, kif ukoll iż-żewġ Viċi Kapijiet Mario de Marco u Beppe Fenech Adami, u s-Segretarju Generali Rosette Thake.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu ċ-ċans li jiltaqa’ ma’ dawk li attendew, u f’ambjent kemmxejn aktar sajfi, kienu diskussi diversi temi – kemm politiċi kif ukoll oħrajn.
F’messaġġ qasir tal-okkażjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil irringrazzja lil dawk li attendew tal-appoġġ tagħhom lill-Partit Nazzjonalista, filwaqt li sostna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem għal politika nadifa f’dan il-pajjiż – kuntrarju għall-iskandli li qed jegħreq fihom il-Gvern ta’ Joseph Muscat.
Preżenti kien hemm ukoll iż-żewġ eks Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi.
//= $special ?>