CONCACAF – GOLD CUP: Jaime Penedo kien l-eroj tal-Panama li eliminaw lil Trinidad & Tobago 6-5 bil-penalties f’waħda mill-aħħar żewġ kwarti tal-finali tal-CONCACAF Gold Cup wara draw 1-1 sa tmiem il-ħin barrani.
Penedo salva l-penalty ta’ Lester Peltier li kien id-disa’ round ta’ penalties fil-MetLife Stadium f’East Rutherford fi New Jersey u aċċerta post fis-semifinali.
Il-Panama kienu marru fil-vantaġġ fis-36 minuta minn Luis Tejada imma l-vantaġġ tagħhom damu jgawduh sa tmien minuti mit-tieni taqsima meta Kenwyn Jones skorja minn set-piece.
Fil-ħin barrani l-iskor baqa’ l-istess waqt li anke fil-penalties kollox baqa’ l-istess meta Daneil Cyrus falla u naqas milli jagħti r-rebħa lil Trinidad wara li Alberto Quintero kien falla għall-Panama.
Imbagħad kien Peltier li sfaxxa taħt pressjoni u ra lil Penedo jsalvalu mill-11-il metru u jpoġġu lil Panama fis-semifinali kontra l-Messiku.
//= $special ?>

