Illum jerġgħu jiftħu l-banek fil-Greċja wara li kienu magħluqin għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat minħabba l-kriżi tad-dejn tal-pajjiż. Il-banek se jiftħu wara li ntlaħaq qbil mal-kredituri li se jfisser iktar restrizzjonijiet u żidiet fil-prezzijiet hekk kif għal darb’oħra mistennija togħla l-VAT b’10% minn 13% għal 23%. Sa ftit ilu, in-nies setgħu biss jiġbdu €60 kuljum mill-ATM. Issa dan il-limitu sar €420 fil-ġimgħa, f’tentattiv biex jitnaqqsu l-kjuwijiet.
Din il-miżura aktarx iġġib ċertu normalita’ fil-ħajja ta’ kuljum iżda l-pajjiż għad għandu diversi problemi, fosthom riċessjoni li ilha għaddejja is-snin u l-ogħla rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>