Il-lokalitajiet ta’ San Ġwann u l-Kappara reġgħu spiċċaw mingħajr dawl. Anke f’partijiet minn Ta’ Xbiex mar id-dawl.
F’Ta’ Xbiex il-provvista tal-elettriku marret għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar u meta residenti f’djar milquta ċemplu lill-Enemalta, dawn qalulhom li l-provvista tal-elettriku se ddum sad-9 ta’ filgħaxija biex tirritorna.
Din hija r-raba’ darba fl-aħħar xahar li nqata’ d-dawl f’numru ta’ loktalitajiet f’Malta.
//= $special ?>