Għal darb’oħra fi ftit sigħat lokalitajiet madwar Malta u Għawdex jinsabu mingħajr provvista tal-elettriku. Fir-ritratt, li wasal għand MaltaRightNow mingħand qarrej tagħna, tidher is-sitwazzjoni fiż-Żurrieq, fejn hemm dlam ċappa.
Il-problema mhix biss fit-toroq iżda wkoll fir-residenzi li wkoll jinsabu bla dawl.
Persuni li tkellmu magħna lmentaw mis-sħana tremenda hekk kif ma jistgħux jixgħelu apparat elettroniku bħal air condition jew fannijiet. Dan hekk kif it-temperatura bħalissa tinsab 28°C u umdita’ ta’ madwar 70%.
//= $special ?>