Il-Maratona ta’ 60 siegħa Oħloq Tbissima ġiet fi tmiemha f’nofsillejl li għadda fejn matulha inġabret is-somma sabiħa ta’ €166,150 b’risq il-ħidma tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl.
Hekk kif din it-tlettax-il edizzjoni tal-maratona ġiet fi tmiemha, Fr Louis Mallia u Marthese Brincat irringrazzjaw lill-voluntieri għas-sehem tagħhom u lill-pubbliku għall-ġenerożita’ tiegħu. Il-fondi se jmorru b’risq il-missjonijiet tal-MSSP fil-Filippini, fil-Pakistan u fil-Peru kif ukoll għal Dar San Ġużepp f’Santa Venera.
Kull min jixtieq jagħti għadu jista’ jagħmel dan permezz tan-numri
51602004 – €10
51702007 – €15
51802009 – €25
SMS 50618099 – €4.66
//= $special ?>

