L-attriċi Amerikana Demi Moore ammettiet li qed tħossha xxukkjata għall-aħħar wara li għereq raġel fil-pixxina tar-residenza tagħha.
Il-katavru tar-raġel, Edenilson Steven Valle, instab fil-pixxina nhar il-Ħadd. Moore – li ma kinitx hemm meta seħħ il-każ – irreferiet għall-inċident bħala traġedja li ma titwemminx. Ir-rapporti qalu li Valle, li kellu 21 sena, kien membru tal-istaff impjegat ma’ Moore, u ma kienx jaf jgħum. Mhux eskluż li r-raġel seta’ waqa’ fil-pixxina waqt festin li kien għaddej fir-residenza.
Il-Maġistrat Inkwerenti ta’ Los Angeles qal li Valle għeb għal diversi minuti sakemm il-ħbieb tiegħu sabuh fil-parti fonda tal-pixxina. Il-paramediċi li waslu fuq il-post, imbagħad, ikkonfermaw li r-raġel kien tilef ħajtu. Demi Moore kienet xtrat din id-dar flimkien mal-eksraġel tagħha, l-attur Amerikan Ashton Kutcher.
//= $special ?>