Internazzjonali

FILMAT : Splużjoni ġo ċentru kulturali tat-Turkija tħalli għexieren ta’ mejtin u midruba

Mietu talanqas 30 persuna, b’aktar minn 100 jindarbu, waqt splużjoni fil-belt Torka ta’ Suruc li tinsab qrib il-fruntiera mas-Sirja.

L-isplużjoni seħħet fil-ġonna ta’ ċentru kulturali, fejn qed joqgħodu l-mijiet tal-ħaddiema żgħażagħ, li jinkludu studenti.

L-uffiċjali qed jinvestigaw il-possibbiltà li l-isplużjoni kienet dovuta għal attakk suwiċida.

Il-belt ta’ Suruc hi anki viċin il-belt ta’ Kobane, fis-Sirja, u qed jgħixu fl-inħawi numru kbir ta’ refuġjati Sirjani li, fl-aħħar xhur, kienu kostretti li jaħarbu mill-ġlied kontinwu li għaddej f’pajjiżhom