Tfajla ttieħdet l-isptar Mater Dei ssofri minn ġrieħi wara ħabta head-on fi Triq San Pawl il-Veċċja fix-Xemxija.
L-inċident seħħ bejn karozza tat-tip fiat Punto misjuqa minn ġuvni u li miegħu kellu it-tfajla fuq in-naha tal-passiġġier u karozza tat-tip peugeot cabriolet misjuq minn ġuvni wkoll.
Fuq il-post mmedjatament waslu l-Pulizija kif ukoll Ambulanza li ħadet it-tfajla l-isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi li ġarbet.
Aktar informazzjoni kif taslilna ….
//= $special ?>