Aġġornata b’filmat
Il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona jinsab sieket u ma jipprovdix tweġibiet quddiem akkużi li qed isiru fil-konfront tiegħu. Dawn l-akkużi huma dwar kuntratt dubjuż li sar dwar l-appartament f’Portomaso li hu jgħix fih u dwar il-preżenza għal ħinijiet twal tiegħu f’bar fil-Belt fejn ikun hemm persuni b’karattru negattiv u b’rabta mat-teħid tad-droga.
F’konferenza tal-aħbraijiet fid-Dar Ċentrali tal-PN l-Viċi-Kap tal-PN Beppe Fenech Adami u x-Shaodw Minister tal-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija Claudio Grech qalu li quddiem dawn ir-rapporti l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Chris Cardona huma siekta u mhux iwieġbu. Beppe Fenech Adami qal li jirriżulta li l-kuntratt dwar l-appartament ta’ Portomaso hu dubjuż u fih ħafna aspetti li jitfgħu dubju dwar l-awtentttiċità tiegħu.
Dan hu kuntratt, sostna Bpepe Fenech Adami, li bħalu mhux normali jsiru u fost l-oħrajn jispeċifika li l-kirja ittħallas ħamest ijiem qabel jintemm dan il-kuntratt. Nuqqasijiet oħra huma li m’hemmx garanziji jekk ma titħallasx il-kirja, li l-kuntratt fih dtetalji bażiċi u meħġtieġa nieqsa u li għalheekk mhux kredibbli. Dwar dan il-kuntratt Claudio Grech qal li hu mportanti li l-Ministru Cardona jispjega d-dettalji dwar dan il-kuntratt biex ma jintefgħux dubju żejda fuq is-settur ekonomiku tal-pajjiż.
Il-Viċi-Kap tal-PN Beppe Fenech Adami qal li r-rapporti dwar il-preżenza tal-Ministru Cardona u ċ-Chiefof Staff tiegħu f’bar fil-Belt ma’ nies dubjużi hi akkuża serja li jeħtieġ tkun spjegata. Dan għall-fatt li dan il-post ikun frekwentat ukoll minn numru ta’ nisa u nies konnessi mad-droga. Fenech Adami sostna li Chris Cardona u ċ-Chief of Staff tiegħu ikunu għal ħinjiet twal f’dan il-bar fil-ħinijiet tax-xogħol. Din il-preżenza għandha ktun spjgata immedjatament, sostna Beppe Fenech Adami
//= $special ?>