Mhux talli qalulu li z-zija tiegħu kienet mejta meta ma kinitx, iżda talli talbuh iħallas somma flus.
Raġel li tkellem ma’ MaltaRightNow.com baqa’ jħokk rasu meta fetaħ ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u fiha sab miktub li kellu jħallas somma flus żejda li ngħataw liz-zija tiegħu, u li issa kienet mietet.
Il-persuna li rċieva l-ittra hu msemmi fl-ittra bħala “l-eredi” u jintalab iħallas is-somma flus. Iżda f’kummenti ma’ MaltaRightNow.com (filmat fuq), dan ir-raġel qalilna li z-zija tiegħu mhux talli kienet mietet, iżda talli kienet mimlija bl-għomor! Filfatt, waqt li kien qed ikellimna, dan ir-raġel kien jinsab bilqiegħda ħdejha.
Naturalment, dan ir-raġel u bintu ħadu qatgħa liema bħala meta fetħu l-ittra għall-ewwel darba, peress li ħasbu li z-zija verament kienet ħalliethom. Iżda wara ftit, kollox irritorna lura għan-normal meta ndunaw li ma kien xejn għajr żball min-naħa tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
//= $special ?>