Lokali

FILMAT: “Splużjoni” – f’jumejn riedu jsibu attur ieħor flok John Suda

Il-Producer ta’ ‘Faith, Hope u Charity’ jitkellem dwar il-każ ta’ John Suda

Minn għada, l-attur veteran Malti John Suda kellu jieħu sehem fil-produzzjoni ‘Faith, Hope u Charity’. Iżda wara li tressaq il-Qorti b’akkużi t’attakk fuq il-pudur ta’ tfajla ta’ 22 sena, fuq Facebook, Suda ħabbar li minħabba l-mod sensazzjonali kif il-media rrappurtat u trattat l-inċident, ma kienx se jipparteċipa fil-produzzjoni.

John Suda: “Bi swied il-qalb inħabbar li mhux se nipparteċipa f’Faith, Hope u Charity”

Iżda “the show must go on” – almenu, hekk qal lil MaltaRightNow.com il-Producer ta’ ‘Faith, Hope u Charity’ Sean Buhagiar. F’kummenti ma’ dan is-sit, Sean Buhagiar saħaq li l-ħidma kellha tkompli b’għażla ta’ attur ġdid. Filfatt, ir-rwol li kien se jagħmel John Suda, issa se jimtela’ minn Roderick Vassallo.

F’jumejn, l-attur Roderick Vassallo kellu jitħarreġ il-parti biex ikun jista’ jissostitwixxi lil John Suda. Suda kien kiteb fuq Facebook li ma kienx se jipparteċipa fil-produzzjoni biex ma jippreġudikax il-produzzjoni nnifisha kif ukoll lill-Producer, lid-Direttur, lill-kast u lil kull min hu nvolut fil-produzzjoni.

L-ewwel produzzjoni ta’ ‘Faith, Hope u Charity’ se ssir għada l-Erbgħa fil-bitħa tal-Forti Sant Iermu fil-Belt.

john suda

(Ritratt fuq: John Suda f’poster teatrali biex jippromwovi l-produzzjoni ‘Fiath, Hope u Charity’, ritratt taħt: Roderick Vassallo waqt waħda mix-xeni fil-produzzjoni ‘Jien inħobb, Inti tħobb’)

roderick vassallo