Tifel Ċiniż ta’ 14 il-sena li sparixxa mid-dar għal disat ijiem sħaħ irritorna qawwi u sħiħ, fejn ammetta li kien qatta dan iż-żmien kollu ‘għand ħabib’ u li kien ‘nesa jgħid lil ommu’.
Il-każ seħħ fiċ-Ċina fejn it-tifel, li jismu Xiao Bing, għeb fil-ħin tal-kolazzjon u wara li hu kien informa lil nanntu li ‘kellu jmur fil-kamra tal-banju’.
Għaddew is-sigħat u ommu, residenti f’Jinan, bdiet tinkweta ladarba binha ma rritornax. Din il-mara rrappurtat l-għajbien ta’ binha lill-pulizija u ħarġet tfittxu kemm il-darba fit-toroq. Intant, il-filmati tas-CCTV qabdu lit-tifel fil-ġurnata proprju fejn kien telaq mid-dar, iżda ‘s-sinjali waqfu minn dakinar ‘il quddiem’.
In-nanna ta’ Xiao qalet li, dakinar, hi kienet qaltlu biex iġib ruħu sewwa u ma jinkwetax lil ommu – bit-tifel iweġibha li ‘fehem il-punt tagħha’ qabel ħares lejn l-arloġġ u ħareġ mill-kamra.
Intant, Xiao, sa fl-aħħar, irritorna lura d-dar waħdu fejn ommu kważi ħassha ħażin ladarba semgħet li hu kien qiegħed ‘għand sieħbu’ dan il-ħin kollu. Mifhum li l-adolexxenti kien mar biex jiltaqa’ ma’ sieħbu fil-jum meta sparixxa u ddeċieda li jibqa’ ‘daqsxejn oħra’ fid-dar tiegħu meta sar jaf li l-ġenituri tal-ħabib kienu telqu minn hemm għal xi ġranet.
L-aktar ħaġa li inkwetat lil ommu kienet li binha ma kellux flus fuqu. Meta l-pulizija, imbagħad, staqsewh għalfejn seta’ jdum dan iż-żmien kollu mingħajr ma jkellem lill-ommu, Xiao wieġeb li tant kien mitluf fil-logħob li ‘l-ħaġa ma għadditlux minn moħħu.’
//= $special ?>